Qatt ħassejt dik is-sensazzjoni ta’ eċċitament meta tixtri xi ħaġa ġdida? Dan mhux każ ta’ dgħufija – huwa rispons naturali tal-moħħ. Ix-xiri jattiva s-sistema ta’ premju fil-moħħ, partikolarment ir-rilaxx ta’ dopamina – kimika li tagħtina sens ta’ pjaċir u sodisfazzjon.
Skont riċerka ppubblikata fil-Journal of Consumer Psychology, il-proċess li tagħżel, tistenna, u fl-aħħar tixtri xi ħaġa jqanqal l-antiċipazzjoni – u dik l-antiċipazzjoni hi aktar eċitanti mill-oġġett innifsu. Ix-xiri jsir tip ta’ mekkaniżmu kif nirregolaw l-emozzjonijiet fejn nippruvaw inħossuna aħjar f’mumenti ta’ stress jew dwejjaq.
Madankollu, il-problema tibda meta nixtru mhux għax għandna bżonn, imma biex nimlew vojt emozzjonali. Meta dan isir drawwa, jista’ jwassal għal dipendenza jew dejn.
Ix-xiri għandu jsir b’kuxjenza. Il-kuntentizza vera ma tinstabx f’oġġetti, imma f’relazzjonijiet u esperjenzi sinifikanti.
Jekk tixtri b’mod impulsiv spiss, u tħoss rimors wara kull darba li tixtri, jew taħbi x-xiri tiegħek, jista’ jkun li wasal iż-żmien għal ftit riflessjoni u taħseb għaliex qed tagħmel dan. Ix-xiri għandu jkun għażla konxja – mhux soluzzjoni għal emozzjoni li m’aħniex qed nifhmu.