F’dan il-jiem bosta jħarsu lura lejn is-sena li tkun għaddiet, u bla dubju jibqgħu isemmu dawk il-mumenti li l-iktar ħallew impatt f’ħajjithom. Li ssir ġenitur huwa mument speċjali wkoll, u l-kantanta lokali Lyndsay Pace tfakkar dan is-sentiment li għaddiet minnu.
“Qatt ma immaġinajt kif li nsir omm kienet se tkun l-aktar esperjenza ta’ ferħ, surreali u sodisfaċenti ta’ ħajti! Qalbi mimlija mħabba u ma nistax inkun aktar grata għall-familja meraviljuża tiegħi! Jalla l-2026 iġġibilkom l-akbar barkiet fid-dinja!”
Qasmet diversi mumenti mill-2025 fosthom meta saru jafu li se jsiru ġenituri, meta ħabbru hux se jkollhom tifel jew tifla, u meta twieldet it-tarbija.