"Qed Issir Petizzjoni Biex Jitwaqqaf Il-Qtil Ta' 3 Miljun Kelb Fil-Marokk Minħabba T-Tazza Tad-Dinja" – Vuċi Għall-Annimali

L-għaqda lokali Vuċi għall-Annimali esprimiet id-diżappunt tagħha wara li xi ġimgħat ilu nħarġu rapporti li l-Marokk, wieħed mill-pajjiżi li mistenni jospita t-Tazza tad-Dinja s-sena d-dieħla, se jkun qiegħed joqtol mat-3 miljun kelb li jgħixu fit-triq.

“Il-ġimgħa l-oħra aħna tkellimna mal-Malta Football Association biex nesprimu t-tħassib tagħna fil-konfront ta’ din is-sitwazzjoni urġenti,” saħqet l-għaqda. 

Huma semmew kif min-naħa tiegħu l-gvern tal-Marokk qed jisħaq li qed jimxi ma’ pjan stabbilit lura fl-2019 sabiex titnaqqas il-popolazzjoni ta’ klieb li jgħixu fit-triq.

Madankollu diversi attivisti tal-annimali qed jinsistu li s-sitwazzjoni hija bil-wisq aktar krudili għaliex il-klieb qed jiġu vvelenati, qed jisparaw għalihom u saħansitra qed isawtuhom. 

L-għaqda temmet l-appell tagħha billi ħeġġet lin-nies sabiex jipparteċipaw f’din il-petizzjoni li qed issir fuq skala internazzjonali sabiex jitwaqqaf il-qtil ta’ dawn il-klieb li jgħixu fit-triq. Tistgħu tidħlu hawn sabiex taraw din il-petizzjoni.

Mas-70,000 ruħ diġà ffirmaw din il-petizzjoni.





Ritratti: Four Paws, Orvis News u LA 28



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI