Qed Jinstabu Annimali Bla Ħajja Mormija Fiż-Żurrieq

Ritratti mtellgħin fuq il-midja soċjali mill-paġna 'Arnold's Citizen Watch' juru żewġ każi differenti fejn annimali ġew mormija bla ħajja fl-istess triq partikolari ġewwa l-lokalità taż-Żurrieq.

Arnold Cassola spjega li l-ewwel ritratt ittieħed fit-13 ta' Lulju filwaqt li t-tieni wieħed ittieħed ilbieraħ, il-Ħamis 27 t'Awwissu. Jidher li ż-żewġ każi seħħew fi Triq Filippu Farrugia.

Filwaqt li r-ritratti ma wrewx b’mod ċar jekk l-annimali li nstabu bla ħajja kinux qtates jew fniek, madankollu, fost dawk li rreaġixxew kien hemm sentiment komuni ta’ rabja fil-konfront ta’ dan l-att, li qed jitqies bħala wieħed inaċċettabbli u kundannabbli.

Ritratti:

Facebook / Arnold’s Citizen Watch

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI