Wara li l-mezzi soċjali ġiet iddominata b’rapporti li jgħidu li l-għaddas involut f’inċident ġewwa ċ-Ċirkewwa tilef ħajtu, waħda mill-familjari tiegħu kkjarifikat li dan fil-fatt mhux minnu u saħqet li “għadu ħaj”.
“Bħalissa jinsab f’qagħda kritika,” spjegat Nicole Mifsud li appellat lil kulħadd sabiex joqgħod iżjed attent qabel ixerred ċertu tagħrif li mhuwiex fattwali.
“Filwaqt li konna qed nistennew mimlija ansjetà xi aħbar mill-isptar, rajna ħafna fuq il-mezzi soċjali li kienu qed jgħidu li kien fil-fatt tilef ħajtu,” spjegat hi li fissret kemm kienet trawmatika.
Nittamaw li jaqleb għall-aħjar!
Ritratti: Divers Guide u TripAdvisor