Claire Agius Ordway qasmet messaġġ emozzjonanti wara li tilfet lill-kelb maħbub tagħha, George, li għal snin twal kien parti importanti mill-familja tagħha.
Fuq il-midja soċjali, Claire kitbet kliem li juri kemm it-telfa qed tweġġagħha, "Dejjem kont noqgħod ngħidlek hekk u kont tgħidli elf ħaġa b’għajnejk. Kont naf li nħobbok imma ma kontx naf li ħa nħossni hekk, qalbi qed tweġġagħni wisq. Qed naħseb biss f’kemm konna fortunati li kellna lilek. Ħadd mhu ħa joħodlok postok George qatt. Inħobbok wisq!"
Il-messaġġ tagħha jfakkar fir-rabta speċjali li ħafna sidien ikollhom mal-annimali domestiċi tagħhom, li ħafna drabi jitqiesu bħala membri tal-familja. Il-kliem ta' Claire qanqal simpatija fost is-segwaċi tagħha, b'ħafna jibagħtulha messaġġi ta' kuraġġ u kondoljanzi għal din it-telfa diffiċli.
George se jibqa' mfakkar b'imħabba kbira minn dawk kollha li kellhom iċ-ċans jiltaqgħu miegħu, iżda fuq kollox minn Claire, li qalet ċar li ħadd qatt mhu se jieħu postu f'qalbha.
Facebook / Claire Agius Ordway