“Qed Nipprova Nqatta' Ftit Aktar Ħin Nieħu Ħsieb Lil Binti, Anka Waqt Li Tkun Għaddejja Xi Laqgħa” – L-MEP Alex Agius Saliba

L-MEP Alex Agius Saliba ħalla messaġġ fuq il-midja soċjali tiegħu kif bħalissa qed jieħu ċ-ċans li jgħaddi ftit aktar ħin ma' bintu.

Hu kiteb, "Peress illi bħalissa ingħatajna direzzjoni sabiex naħdmu mid-dar u ma nsifrux, qed nipprova nqatta' ftit aktar ħin nieħu ħsieb lil binti, anka waqt li tkun għaddejja xi laqgħa. Nemmen illi fejn nista' għandi jien wkoll ngħin kemm nista' fit-trobbija ta’ binti sabiex marti Sarah tkun tista' hi wkoll tkompli bil-karriera u x-xogħol tagħha."



Alex ikompli jżid, "Ejja nippruvaw aħna lkoll naħdmu favur aktar ugwaljanza anka fil-qsim tar-responsabilitajiet fi ħdan il-familji tagħna."

Facebook / Alex Agius Saliba

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI