Il-Ministru Owen Bonnici għadu kemm qasam aġġornament dwar iċ-ċensura li saret fuq it-titlu tal-kanzunetta Maltija, Kant. Hu jiddiskrivi din iċ-ċensura bħala “miżura sproporzjonata u diskriminatorja fil-konfront tal-lingwa tagħna l-Maltin.”
“Waqt li naturalment Miriana Conte se tkompli bil-vjaġġ tagħha fuq din il-pjattaforma tant importanti għax li nkunu assenti m’hijiex soluzzjoni, aħna m’aħniex se noqogħdu għal din iċ-ċensura daqs li kieku xejn.”
Il-Ministru jippubblika lista ta’ miżuri li ser jittieħdu u li ġew ikkomunikati mal-EBU:
“Kull pass li se jkun qed isir, se jkun isir taħt protesta kontra din iċ-ċensura artistika;
Se jkun qed isir appell intern mid-deċiżjoni skont kif maħsub mir-regoli li jirrigwardjaw dan il-Festival;
Qed tiġi studjata attivament ir-rotta tal-ftuħ ta’ kawża fil-Qorti ta’ l-Iżvizzera ibbażata fuq ksur tal-liberta’ ta’ espressjoni li qed insofru aħna l-Maltin u kif ukoll fuq ksur tal-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni li ġie vvjolat b’mod totali fejn jidħol l-użu tal-lingwa Maltija.”
Juri l-fiduċja kbira li għandu fl-ambaxxatriċi Maltija Miriana Conte, u fit-tim kollu, u jemmen li ser jagħmlu unur għalina lkoll. “Din iċ-ċensura artistika li sofrejna aħna l-Maltin hi sproporzjonata u diskriminatorja u m’aħniex se noqogħdu għaliha bħallikieku xejn.”
Prosit kbira!