Il-personalità tat-televiżjoni u imprenditriċi lokali Rachel Vella fuq il-midja soċjali ħalliet dedikazzjoni mill-isbaħ f'għeluq snin ir-raġel tagħha li ilu maġenba għal tant u tant snin. Colin illum għalaq 50!
"Nofs seklu ta’ brillianza, kariżma, u ftit imqarbizza sabiħa – u kelli l-privileġġ li nqatta’ 24 minn dawk is-snin li ma jintesewx miegħek," kitbet Rachel b’messaġġ mimli mħabba, waqt li qasmet ritratt sabiħ tagħhom flimkien.
Rachel lanqas ma żammet lura mill-umoriżmu, "Inti qisek bħal inbid tajjeb u għad hemm ħafna aktar x’tiftaħ." Hi temmet ix-xewqat tagħha billi awguraw lill-aktar raġel interessanti li taf ta' 50 sena!
Donnhom sabu r-riċetta perfetta ta’ mħabba, daħk, u ammirazzjoni bejnietom – awguri għal ħafna iktar snin sbieħ lil din il-koppja formidabbli!
Xewqat sbieħ f'għeluq sninek Colin! Nittamaw li jkollok aktar snin mimlija mħabba, paċi u hena.