Il-grupp lokali The Travellers kiteb awgurju għal wieħed minnhom, fl-okkażjoni ta' għeluq sninu - Clayton Galdes. Il-mużiċist ilu parti minn din il-familja mużikali minn meta bdew il-vjaġġ tagħhom.
"Awguri Clayton. Lil wieħed li ilu magħna mill-bidu, bidu, bidu nett… qabel il-kanzunetti, qabel il-kunċerti u qabel ma konna nafu x’qed nagħmlu. Grazzi tal-ħbiberija, tal-paċenzja u tal-memorji kollha li bnejna flimkien matul dawn l-aħħar snin. 🫶 Inħobbuk bro."
It-tim ta' Gwida.mr jawgura mill-qalb lil Clayton u jixtieqlu ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!