Il-Parroċċa tan-Naxxar awgurat lil Dun Stefan Galea u lil Dun René Vella għall-missjonijiet ġodda tagħhom, permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tagħha.
Fuq il-paġna ġie miktub, “L Arċisqof Charles Scicluna qed jafda l-Parroċċa ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun lil Dun Stefan Galea, filwaqt li Dun René Vella se jingħaqad mat-tim ta’ saċerdoti li jaħdmu pastoralment fl-Isptar Mater Dei.”
Żiedu jgħidu, “Nawgurawlhom minn qalbna f’dawn il-missjonijiet ġodda u nitolbu lil Ommna Marija Bambina biex il-Mulej imexxihom, isaħħaħhom u jagħtihom il-grazzji meħtieġa sabiex iwettqu b’fedeltà u ġenerożità s-servizz tagħhom.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlhom u nżommuhom fit-talb tagħna. Nirringrazzjawhom tal-ħidma tagħhom.
Facebook / Kolleġġjata ta’ Marija Bambina – Parroċċa tan-Naxxar