“Imġiebaħ ma tistax tibqa’ esposta għal dan il-periklu,” kiteb fuq il-paġna uffiċjali tiegħu Gabriel Micallef, is-Sindku tal-Mellieħa.
Hu spjega, “Minn Mejju 2025 ilni nsegwi dan il-każ, flimkien mal-Pulizija, il-Lands Authority, l-ERA, il-Public Works u l-Coastal Unit. Saru rapporti uffiċjali, spezzjonijiet minn Perit tal-Gvern, ġew rakkomandati assessjar ġeotekniku u diversi miżuri ta’ sigurtà, filwaqt li ntbagħtu għadd ta’ reminders tul ix-xhur. Iva, ġew installati 3 sinjali ta’ twissija. Iżda sinjali waħedhom ma jneħħux il-periklu. Il-blat instabbli u n-nies għadhom jistgħu jidħlu taħtu, ir-riskju għadu hemm.”
Temm kliemu, “Għalhekk nibqa’ ninsisti li l-aċċess għall-parti perikoluża għandu jingħalaq immedjatament sakemm jitwettqu l-interventi kollha meħtieġa u l-post jiġi ċċertifikat sigur.”
Nirringrazzjawh tal-ħidma tiegħu.
Facebook / Gabriel Micallef