“Ramel Fin Mid-Deżert Sospiż Fl-Arja, Kif Jidher Mill-Ajru Fuq Il-Gżejjer Maltin.” – It-Temp Madwarna

Ramel

Il-paġna uffiċjali It-Temp Madwarna kitbet dwar il-kundizzjoni tat-temp fuq il-gżejjer Maltin skont ritratt li ħa Malcolm J. Bezzina. Il-paġna tikteb, “Ramel fin mid-deżert sospiż fl-arja, kif jidher mill-ajru fuq il-gżejjer Maltin.”

Aktar kmieni ntqal li t-temp illum mistenni jkun ġeneralment bnazzi iżda jibqa’ pjuttost imdaħħan. Ir-riħ se jkun moderat (Forza 4 għal 5) mill-Majjistral (NW) li jsir ħafif (Forza 3 għal 2) mil-Lbiċ (SW).

Il-baħar ftit qawwi fejn jaqbel, li jsir moderat. L-ogħla temperatura llum mistennija tkun 26°C; mentri l-inqas illejal tinżel 17°C.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI