Rekord Ġdid Ġewwa Malta – Ħarqa Sħiħa Tan-Nar Tal-Art, Kollu Gass Li Jaqleb Minn Tal-Inqas 3 Darbiet Jibda B'kulur Statiku U Jispiċċa Strobe Effect

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records reġgħu ħabbru li marru ż-Żejtun biex jitwaqqaf rekord ieħor.

Huma qalu, “Il-bieraħ għal darb’oħra The Malta Records ġejna mistiedna ġewwa ż-Żejtun għall-festa ta’ Santa Katarina.  Rekord ġdid fil-gżejjer Maltin. Ħarqa sħiħa tan-nar tal-art, kollu gass li jaqleb minn tal-inqas 3 darbiet, jibda b’kulur statiku u jispiċċa strobe effect.”

Żiedu, “Total ta’ 11-il raddiena li nħarqu fil-ġimgħa tal-festa tar-raħal. Dan ir-rekord ġie mwaqqaf mill-Kummissjoni Piroteknika Santa Katarina VM Banda Żejtun fi ħdan Banda Żejtun Għaqda Santa Katarina V.M. AD 1933. Prosit għeżież Żwieten ħomor, dan l-unur jissiġilla sena memorabbli wara r-rebħ tal-unur fil-festival tan-nar tal-art ġewwa l-Fosos tal-Furjana.”

Prosit kbira lil dawk kollha involuti!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI