Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records qasmu mas-segwaċi tagħhom ftit informazzjoni rigward rekord nazzjonali ġdid li ġie mwaqqaf mill-kunsillier Izak Catania De Giovanni.
Huma qalu, “The Malta Records dalgħodu ltqajna ma’ persuna żagħżugħa u dinamika ġewwa Gwardamanġa sabiex nippreżentaw rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. L-iżgħar persuna li għamlet għotja tad-demm fil-gżejjer Maltin.Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf minn Izak Catania De Giovanni li nhar is-6 ta’ Marzu 2026 ta d-demm fil-Bank tad-Demm ħdejn l-isptar San Luqa, Gwardamanġa fl-età ta’ 18-il sena u 3 ijiem.”
Żiedu, “Lil Izak diġà sirna nafuh għax għandu r-rekord tal-iżgħar kunsillier maskili fl-istorja tal-Kunsilli Lokali fil-gżejjer Maltin. Izak jixtieq joħloq kuxjenza dwar l-importanza li wieħed imur jagħti d-demm biex isalva ħajja. Fil-fatt jinsab ħerqan sabiex fis-6 ta’ Ġunju jerġa’ jmur jagħti d-demm. Minn qalbna nirringrazzjawk għal dan il-ġest sabiħ u nawgurawlek kull suċċess fl-eżamijiet li għadek kif lestejt u anke fir-rwol tiegħek bħala kunsillier fil-lokalità tal-Fgura.”