Riċentament ħalliet din id-dinja Mrs Helen Schembri. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, Kevin Borg sellem il-memorja tagħha wara li kanta wkoll fil-funeral tagħha.
Hu qal, “Illum filgħodu kantajt fil-Funeral ta Mrs Helen Schembri ġewwa Santa Venera. Kienet tislima mimlija emozzjonijiet speċjalment mill-familja tagħha li kellhom imħabba kbira lejha. Minn qalbi nixtieq noffri l-kondoljanzi tiegħi lill-familja u ħbieb kollha tagħha. Strieħ Fis-Sliem Għażiża Helen. Prosit lil Lino Briffa Funeral Service tal-organizzazzjoni perfetta waqt il-funeral.”
Mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi lill-familjari kollha. Tistrieħ fis-sliem.