Riċentament, Mons. Joseph Sultana ingħata Ġieħ il-Parroċċa tal-Katidral. Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħhom, Xagħra Village qasmu kelmtejn t’awgurju.
Huma qalu, “Nawguraw minn qalbna lill-Mons. Joseph Sultana, li llum ingħata Ġieħ il-Parroċċa tal-Katidral, b’apprezzament u rikonoxximent għall-ħidma siewja tiegħu matul is-snin li kien Arċipriet tal-Parroċċa Katidrali. Unur tassew mistħoqq, aktar u aktar għalina x-Xagħrin, hekk kif Mons. Sultana kien l-ewwel Xagħri li qeda l-kariga ta’ Arċipriet tal-Parroċċa Katidrali. Prosit u awguri, Mons. Joseph, għal dan il-ġieħ mistħoqq!”
Nawgurawlek minn qalbna!