Residenti Ta’ San Pawl Il-Baħar Iqabblu Triq Ma’ Żona Ta’ Gwerra Minħabba Ħofra Kbira

Ħofra enormi bejn Triq il-Ġwiebi u Triq il-Ġifen f’San Pawl il-Baħar, ġibdet l-attenzjoni ta’ ħafna hekk kif ir-resident ilhom jilmentaw għal xhur sħaħ.

Diversi rapporti saru lill-kunsill lokali iżda s-sindku qal li l-kunsill m’għandux il-mezzi biex jirranġa din il-problema u minkejja li hu stess ilmenta lil Infrastructure Malta dwar dan, għadu ma sar xejn. Is-sindku saħaq li dan mhux każ ta’ patching imma kwistjoni ta’ rikostruzzjoni.

Din il-ħofra mhux biss hija kerha iżda hija perikoluża ħafna. Fil-fatt diversi residenti rrappurtaw ħsarat serji lill-vetturi tagħhom minħabba din il-ħofra.

Ben Tom







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI