Riħ Qawwi u Maltempati B'Saħħithom Ser Iġibu Temp Kiesaħ Fuq Malta

Għalkemm illum jum xemxi, f’inqas minn 48 siegħa taf ħa taraw temp kompletament differenti. Il-Ħadd jidher li t-temperaturi ħa jitbaxxew bir-riħ jibda jitqawwa’ u anke maltempati bir-ragħad.





Ritratt: Malta Airport

Ir-riħ qawwi għandu jitla’ madwar forza 6 u l-ħalbiet tax-xita bir-ragħad huma mbassra għal nhar il-Ħadd li ġej, f’dik li se tkun l-ewwel ġurnata ta’ perjodu pjuttost kiesaħ fuq il-gżejjer Maltin.

Fil-fatt, l-ogħla temperatura tal-Ħadd hi ta’ 18°Ċ li matul il-ġimgħa ħa narawha tonqos filwaqt li filgħaxija ċerti ljieli jaqbżu l-10°Ċ bi ftit.



“It-temperaturi huma mistennija li jiksħu b’mod sinifikanti madwar Malta u Għawdex mill-ġimgħa d-dieħla b’temperaturi li jinħassu kesħin sa 5°Ċ f’ħinijiet, hekk kif l-arja iktar kiesħa tippenetra l-Mediterran ċentrali,” ħabbret il-paġna tat-temp Facebook Weather aktar kmieni din il-ġimgħa. Dawn jidher li qed jgħidu li għandna nistennew aktar ksieħ!

Jidher li nofs Diċembru għandu tomgħa xierqa tax-Xitwa għal Malta.

Ian Attard – Facebook / Malta Weather

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI