Is-sħana li qed tolqot lill-gżejjer Maltin matul dawn l-aħħar jiem se tkun qiegħda tkompli tintensifika matul il-ġimgħa d-dieħla filwaqt li se tkun imżewqa wkoll b’xi ħalbiet ħfief tax-xita. Dan skont it-tbassir tat-temp tal-Uffiċju Meteroloġiku Malti li qed isemmi li nhar l-Erbgħa se jkollna x-xita.

It-tbassir jindika wkoll li nhar il-Ħamis it-temperatura se tkun qiegħda saħansitra tinħas 33°C.
Intant, bħalissa t-temp Malti hu wieħed sħun ferm anke jekk stess is-sajf għadu fil-bidu tiegħu.
Facebook / Malta Info Guide u Colours of Malta