Ritratt Antik Ta’ Tfal Wara L-Attakki Tal-Gwerra Jqanqal Mistoqsija – ‘X’Inbidel Fil-Kuntentizza Tagħna llum?’

Illum ħafna tfal u żgħażagħ tista’ tgħid għandhom aċċess għal bosta affarijiet meta mqabbla mal-ġenerazzjonijiet ta’ qabel.

Fost dawn ma nistgħux neskludu t-teknoloġija avvanzata, kumditajiet moderni, id-dritt għall-edukazzjoni u bosta opportunitajiet. Għaldaqstant, iktar kemm jgħaddi ż-żmien sirna nisimgħu b’aktar ansjetà, solitudni u diffikultajiet emozzjonali fost iż-żgħażagħ.



X’tista’ tkun il-problema? Huwa l-pass mgħaġġel tal-ħajja moderna? Il-pressjoni kontinwa tal-midja soċjali? Jew forsi qed nitilfu s-sens ta’ komunità u r-relazzjonijiet umani li xi darba kienu aktar b’saħħithom? Forsi l-ġenerazzjonijiet ta’ qabel, minkejja n-nuqqasijiet materjali, kienu jsibu l-ferħ fl-affarijiet iż-żgħar: fil-familja, bejn l-aħwa, fil-logħob sempliċi fit-triq u fil-ħin li jqattgħu flimkien. Illum għandna ħafna aktar affarijiet, iżda mhux dejjem aktar ħin għal xulxin.

Naturalment, ma nistgħux nidealizzaw il-passat jew ninjoraw il-problemi reali li kien hemm dak iż-żmien. Kull epoka għandha l-isfidi tagħha. Iżda forsi dan ir-ritratt ifakkarna li l-kuntentizza mhux dejjem tiddependi minn kemm għandna affarijiet, iżda minn kemm inħossuna marbuta ma’ dawk ta’ madwarna.

U int, x’taħseb? Għandna kollox illum, iżda tħoss li hemm xi ħaġa nieqsa li qed tiċħadna mil-kuntentizza tagħna?

Ritratti:

Ritratt/ Sean Mizzi mill-paġna ‘Malta Lura fil-Passat’

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI