“Saħħa 33 U Merħba 34. Għalkemm Din Is-Sena Kellha L-Isfidi Tagħha, Ġabet Magħha Ħafna Rigali Sbieħ…” – Lon Kirkop

Il-kantawtur lokali Lon Kirkop jaqsam il-filmat mill-Għanja tal-Poplu ta’ nhar is-Sibt li għadda, proprju f’għeluq sninu u jikteb, “Saħħa 33 u merħba 34. Għalkemm din is-sena kellha l-isfidi tagħha, ġabet magħha ħafna rigali sbieħ — mumenti ta’ tama, mumenti li ser nibqa’ ngħożż, suċċessi, u ħafna mħabba.”

Lon ikompli jirrifletti u jgħid, “Ma setax ikun mod isbaħ kif nagħlaq is-33 sena tiegħi milli b’dan il-prestazzjoni live ta’ Astronawta s-Sibt li għadda. Din il-prestazzjoni bidlitni, mhux bħala persuna, imma bidlet il-mod kif inħares lejja nnifsi. Qabel kont inħares lejja nnifsi bħala kittieb li nkanta, illum inħares lejn dal-video u nara lili nnifsi bħala kantant, kantawtur komplut. Grazzi lil kull min emmen fija u wassalni s’hawn.”





Ma’ dan hu jżid, “Ħallejt qalbi, ruħi u ġismi fuq dak il-palk u ma jiddispjaċini xejn, għax x’hemm isbaħ minn dan? X’hemm isbaħ minn dak li ġej mill-qalb? U hekk ser nibqa’ nagħmel. Għalkemm minn ġewwa dejjem b’xi mod jew ieħor ser inħossni Astronawta, kuntent li ninsab fuq din l-art.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Lon l-isbaħ xewqat. Nittamaw li jibqa’ jagħtina aktar kanzunetti mill-qalb, b’lirika ġenwina li tmiss qalb dak li jkun. Xewqat sbieħ!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI