“Sajjetta Fil-Bnazzi … Ċans ta’ Maltempati Lokalalizzati…Għerejjex Iżolati…” – It-Temp Madwarna

Il-pjattaforma soċjali tal-paġna It-Temp Madwarna qed ittella’ dan l-aġġornament,

“Sajjetta fil-Bnazzi, sitwazzjoni Ġenerali:

Arja kiesħa f’livelli elevati fl-atmosfera qed tikkawża maltempati fin-naħa ta’ fuq tal-Italja. Din ir-roqgħa kiesħa mistennija tkompli nieżla ‘l isfel saċ-ċentru tal-Mediterran u tinħoloq ‘cold pool’ jew ‘cut off low pressure’ li żżid l-instabilità u ċ-ċans ta’ maltempati lokalizzati (l-aktar fiċ-ċentru ta’ Malta, qrib nofs il-jum) minn għerejjex iżolati bejn l-Erbgħa 18/6 u l-Ġimgħa 20/6.

Temp:Xemxi u sħun nhar it-Tnejn 16/6 u t-Tlieta 17/6.Jissaħħab l-Erbgħa 18/6 b’ċans ta’ ftit xita fit-tard.Jiffurmaw għerejjex lokalizzati (possibilment intensi u bir-ragħad) qrib nofs il-jum tal-Ħamis 19/6, u b’ċans inqas għoli anke l-Ġimgħa 20/6.

Xemxi (u kalm) fi tmiem il-ġimgħa.

Riħ:Ħafif (F3) mill-Punent il-Lbiċ (WSW) għada t-Tnejn 16/6.Ħafif (F2-3) u varjabbli nhar it-Tlieta 17/6.Ħafif (F2-3) mill-Majjistral (NW) nhar l-Erbgħa 18/6.Ħafif (F2-3) u varjabbli l-Ħamis 19/6 u l-Ġimgħa 20/6.Ħafif (F2-3) mill-Punent Majjistru (WNW) fi tmiem il-ġimgħa.

Temperaturi:Massimi: Se jinżlu minn 34°C (għada t-Tnejn 16/6) għal 29°C (il-Ħamis 19/6) u jerġgħu jitilgħu għal madwar 32°C fi tmiem il-ġimgħa.

Minimi:Ivarjaw bejn 23°C u 20°C.Tal-baħar: 23°C.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI