"Santa Jien Nixtieq Li Ħuti Jfiqu Għax Niddejjaq Narahom Hekk…" – Ittra Minn Tifla Ta' Tmien Snin Li Ħa Taqsamlek Qalbek

Angele qed tagħmel ħafna u ħafna ġid, ilbieraħ fuq il-midja soċjali hi tellgħat ittra ta’ tifla ta’ tmien snin li għandha ż-żewġ ħutha b’diżabilità. Din it-tifla jidher li għandha qalb tad-deheb u fl-ittra li kitbet lil San Nikola tgħidlu, “Jien nixtieq li ħuti jfiqu għax niddejjaq narahom hekk u l-mummy u d-daddy jinkwetaw ħafna…”

It-tifla tkompli tgħid li ġieli anqas biss ikollhom x’jieklu għalkemm tistqarr li hi kuntenta bil-familja tagħha. Hi tixtieq rigal imma taf li diffiċli għall-ġenituri tagħha minħabba l-fatt li jridu jħallsu l-kera tal-post u l-mediċini ta’ ħutha li jkollhom bżonn.

“Xorta inħossni kuntenta li kellimek… m’hemmx għalfejn ittini rigal, l-ewwel għati lil dawk agħar minni,” tgħid din iċ-ċkejkna. Ittra li nistqarru ħallietna bla kliem. Dawk kollha li jixtiequ jagħtu daqqa t’id, jistgħu jagħmlu kuntatt ma’ Angele billi jagħfsu HAWN.

Dan il-Milied, Angele ħa tkun qed tagħmel mill-aħjar biex tferraħ tant u tant tfal li għaddejjin minn problemi soċjali.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI