Santa Klaws Jingħaqad Mal-Pulizija Ta’ Malta Biex Iferraħ Lit-Tfal Ċkejknin

Il-pulizija ta’ Malta ħadu l-inizjattiva ħelwa li jxerrdu l-ferħ tal-Milied billi jlaqqgħu lil Santa Klawż mat-tfal ċkejknin. Huma rringrazzjaw lil kull min ġie għall-ewwel avveniment tagħhom.

Huma kitbu, “Santa Klaws ingħaqad mal-uffiċjali tagħna madwar it-Tramuntana ta’ Malta, ixerred il-ferħ, jiltaqa’ mal-familji, u mat-tfal. Grazzi lil kull min ħareġ jiltaqa’ magħna, it-tbissim tagħkom għamel il-ġurnata tagħna verament maġika.”



Żiedu jispjegaw li Santa Klaws se jiltaqa’ ma’ iktar tfal f’Għawdex fit-tlettax ta’ Diċembru mill-għaxra ta’ filgħodu ‘l quddiem, u fin-nofsinhar ta’ Malta fil-21 ta’ Diċembru, mill-għaxra ta’ filgħodu ‘l quddiem.



M’għandniex dubju li t-tbissim tat-tfal kien ta’ sodisfazzjon kbir għall-uffiċjali wara ħafna preparazzjoni għal dan l-avveniment. Nirringrazzjawhom mill-qalb ta’ din l-inizjattiva!



Ritratti:

Facebook / The Malta Police Force

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI