“L-Ikbar Ammont Ta’ Fjuri Fi Pjanta Waħda Ta’ Fjura Tax-Xemx” – The Malta Records

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn rigward rekord nazzjonali ġdid.

Bdew jgħidu, “F’temp xemxi u sajfi, The Malta Records żammejna mat-tema u dalgħodu morna f’għalqa ġewwa Ħal Luqa sabiex nippreżentaw rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. L-ikbar ammont ta’ fjuri fi pjanta waħda ta’ fjura tax-xemx (sun flower), b’total ta’ 30 fjura.”

Żiedu, “Dan ir-rekord ġdid u kemxejn inkredibbli ġie mwaqqaf minn Antonio Briffa u Stefan Briffa ġewwa Girbeġ Farmhouse li tinsab ġewwa Ħal Luqa. Grazzi lil dawn iż-żewġt aħwa li laqgħuna fil-girbeġ tagħhom.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI