Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tagħha, Josette Busuttil awgurat lir-raġel tagħha f’għeluq sninu.
Hi kitbitlu, “Illum, 8 ta’ Diċembru, fil-festa tal-Kunċizzjoni, niċċelebraw ukoll għeluq sninek, Silvio. Maż-żmien bnejna ħajja magħmula minn ħafna ħidma, deċiżjonijiet diffiċli u mumenti sbieħ li għaddejna minnhom bħala familja. Dak li għandna llum huwa frott ta’ dak kollu li għamilna flimkien, u ta’ kemm dejjem kont hemm għalina.”
Żiedet tgħid, “F’dan il-jum irrid sempliċement ngħidlek grazzi, tas-sapport tiegħek ta’ kuljum, u tal-mod kif dejjem iżżomm lilna magħqudin. Awguri f’għeluq sninek. Mingħandi, Mariah u Belle.”
Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu! Nisperaw li jkollu ġurnata mill-isbaħ mal-għeżież tiegħu.
Facebook / Josette Busuttil