“L-Għaqda Mużikali San Ġużepp, Tirringrazzja Mill-Qalb, Lis-Soċi Li Intervjenew Personalment Biex Jintfew In-Nirien” – L-Għaqda Mużikali San Ġużepp

L-Għaqda Mużikali San Ġużepp Ħal-Għaxaq kitbet messaġġ ta’ ringrazzjament għall-għajnuna li rċevew meta kellhom aċċident ta’ nar.

Huma spjegaw, “L-Għaqda Mużikali San Ġużepp, tirringrazzja mill-qalb, lis-soċi li intervjenew personalment biex jintfew in-nirien li żviluppaw fil-kamra ta’ fuq il-bejt tal-każin, matul il-lejl ta’ bejn is-Sibt 30 u l-Ħadd 31 ta’ Mejju. Li ma kienx għalihom, is-sitwazzjoni setgħet kienet waħda ferm u ferm aktar gravi. Ringrazzjament speċjali wkoll lill-persuni li matul il-jum tal-Ħadd irranġaw il-ħsarat li ġarrabna u beda jsir ix-xogħol ta’ tindif neċessarju. Grazzi mill-ġdid. Is-Soċjetà tibqa’ grata lejkom.”



Nagħtu prosit lil kull min ta l-għajnuna u ninsabu grati li ma weġġa’ ħadd.





Ritratti:

Facebook / Għaqda Mużikali San Ġużepp Ħal Għaxaq

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI