Sarah Zerafa Tħabbar Li M’Għadiex F’Relazzjoni Ma’ Jean Paul

Sarah Zerafa ħabbret fuq il-profil tagħha li hi u l-plejer tal-futbol Jean Paul Farrugia m’għadomx flimkien bħala koppja.

Dawn huma ftit kliem li qasmet mas-segwaċi tagħha fuq Facebook ilbieraħ:

Dawn l-affarijiet huma dejjem diffiċli biex titkellem dwarhom, iżda minħabba l-fatt li naqsam ammont sostanzjali ta’ ħajti fuq il-midja soċjali, nixtieq nevita mistoqsijiet żejda jew qlajjiet negattivi, u ngħidilkom li jiena u Jean Paul m’għadniex flimkien, u ilna hekk għal ftit aktar minn ġimgħa. Ir-relazzjonijiet huma diffiċli u għalkemm ippruvajt ħafna biex tirnexxi, b’dieqa ngħid li ma konniex għadna nħossuna viċin ta’ xulxin bħal qabel. Dan ma jbiddilx ir-rispett li għandi għalih u nispera li hu jista’ jgħid l-istess. Nixieqlu l-aħjar f’ħajtu u fil-karriera tiegħu, u nħares ‘il quddiem għall-kapitlu li jmiss f’ħajti.

Il-mudella u influencer kienet ilha mal-ex għarus tagħha Jean Paul għal ftit aktar minn 5 snin. Jean Paul huwa plejer tal-futbol li jilgħab mat-tim nazzjonali Malti, kif ukoll kien jilgħab mat-tim Svizzeru FC Chiasso.

Facebook / @sarah.zerafa.1

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI