“Se Jibqgħu Dawk Il-Memorji Terribbli Meta Tara L-Persuni Jmutu Quddiemek Bil-Covid-19” – Infermiera

Fuq il-paġna Malta, News, Photos and People, mara bgħatet ritratt tagħha nnifisha u żvelat l-esperjenza tagħha bħala infermiera.

“Aċċettajt dak li għaddejjin minnu,” kitbet hi. “Tbatija kbira. Tara s-sofferenzi. Hi sitwazzjoni li se tgħaddi. Se jibqa’ l-feriti fil-qalb u fil-moħħ.  Se jibqgħu dawk il-memorji terribbli meta tara l-persuni jmutu quddiemek bil-Covid19.”





Fir-ritratt tagħha jidhru l-marki li jħalli l-ilbies protett fuq wiċċha. Ir-rispett kbir li jistħoqqilhom il-frontliners, speċjalment f’dawn iż-żminijiet, ma jimmaġinah ħadd.

Facebook/Malta, News, Photos and People



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI