Is-Sindku ta’ Birkirkara Desirei Grech titkellem u taqsam ritratti dwar il-ħidma li għaddejja fuq il-mitħna storika! Xogħol li tassew kien hemm bżonn li jsir.
Hi tikteb, “Wara li ngħatajna d-devoluzzjoni tal-mitħna, bdejna proċess importanti ta’ tindif u manutenzjoni biex niżguraw li nżommu l-karatteristiċi oriġinali ta’ din il-mitħna, li nbniet fil-bidu tas-seklu 19.”
Desirei iżżid, “Permezz ta’ dan ix-xogħol, qegħdin niksbu l-aċċessibilità madwar it-tromba, biex kulħadd ikun jista’ japprezza l-karatteristiċi uniċi li kienu fundamentali għall-imtieħen ta’ dak iż-żmien.”
Hi ttemm, “Il-pass li jmiss huwa kruċjali: se jinbeda proċess ta’ restawr sabiex din il-ġawhra storika terġa’ lura għall-glorja tagħha.”
Facebook / Desirei Grech