Il-Membru Parlamentari Alicia Bugeja Said għadha kif żvelat li bħalissa qed tistenna t-tieni tarbija tagħha. Hi ħabbret dan permezz ta’ filmat emozzjonanti li tellgħet fuq il-midja soċjali fejn fih tider qed tlibbes lil bintha Margaux, li hi l-ewwel wild tagħha, flokk li jindika li hi se jkollha oħtha.
Segwaċi tal-Membru Parlamentari Maltija kif ukoll politiċi oħrajn kienu pronti awgurawlha għal dan it-tragward speċjali f’ħajjitha.
“Żewġt iqlub, imħabba waħda,” kitbet l-MP Alicia Bugeja Said fejn żiedet tawgura Jum l-Omm mill-aqwa lill-ommijiet kollha.
Tista’ tidħol HAWN sabiex issegwi l-filmat li fih hi ħabbret li se jkollha t-tieni tarbija tagħha.
Nawguraw lill-MP Alicia Bugeja Said għal dan il-mument speċjali f’ħajjitha!
Facebook / Alicia Bugeja Said