Illum il-ġurnata l-midja soċjali saret parti mir-rutina tagħna. Nistgħu ngħidu li llum kważi kulħadd għandu profil ta’ Facebook. Min jużah biex jikkomunika mal-familjari u sħabu u min biex jissendika. Kważi nazzardaw ngħidu li llum Facebook, għal ħafna nies sar bżonn.
Però tajjeb li nsemmu spunt li lkoll jista’ jaffettwana jekk jiġri vera! Jekk immorru lura għal meta għamilna l-profil tagħna ta’ Facebook, nindunaw li saret bidla. It-tagline li kellu Facebook biex iħajjar lin-nies jużawh kienet “it’s free and always will be.” Iżda jekk tifli ftit x’hemm bħalissa, tinduna li din it-tagline m’għandhiex hekk! Saret “it’s quick and easy!”

Allura waħedha tiġi l-mistoqsija jekk hux se jkollna nibdew inħallsu talli nużaw Facebook. U jekk iva, inti lest li tibda tħallas biex tuża s-servizz ta’ Facebook? Jew, lest li toqgħod mingħajru?!