“Se Nagħmel Dak Kollu Li Hemm Bżonn Għalik, Qalbi Tiegħi” – Omm Jasmine Fuq Jasmine’s Journey

Fuq il-paġna uffiċjali tagħha, omm Jasmine kitbet dwar dak kollu li tagħmel għal Jasmine. Minkejja l-isfidi kollha, hi spjegat li tixtieq tagħmel minn kollox għal bintha.

Kitbet, “Madwar tliet snin ilu, iltqajt mat-terminu ‘neuroplasticity’ għall-ewwel darba f’ġurnata li biddlitli ħajti.”

Żiedet tgħid, “Hekk kif ħarist lejn binti l-għażiża mdawwra bil-wajers u magni, għedt minn taħt l-ilsien, ‘Se nagħmel dak kollu li hemm bżonn għalik, qalbi tiegħi.’ Il-ġranet ta’ wara kienu twal bl-isfidi tagħhom, imma qatt ma nsejt il-wegħda tiegħi. Bdejt nagħmel ir-riċerka u neduka lili nnifsi biex nara kif nista’ ngħin lil binti. Esplorajt riċerki, kotba, esperjenzi personali, nipprova norganizza kollox biex nara x’se jaħdem l-aħjar għaliha.”

Kompliet tispjega, “Issa qegħdin hawn illum – naħdmu ħafna kuljum, nagħmel ir-riċerka u naqra materjal ġdid biex ngħinha kuljum, u se nibqa’ nagħmel ‘kull ma hemm bżonn!’”





Facebook / Jasmine’s Journey



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI