“Seba’ Snin Wara, 4th Line Reġgħu Ltaqgħu…” – Il-Grupp Lokali 4th Line

Il-grupp lokali 4th Line, li kienu ngħaqdu flimkien waqt l-X Factor Malta tas-sena 2018, reġgħu ltaqgħu flimkien biex jiċċelebraw mument mill-isbaħ, it-tieġ ta’ waħda mill-membri.

Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom kitbu, “Seba’ snin wara, 4th Line reġgħu ltaqgħu… din id-darba għal wieħed mill-isbaħ mumenti. Ilbieraħ kellna l-opportunita`li niċċelebraw lil Nicole kif qalet ‘Iva’ u bdiet kapitlu ġdid f’ħajjitha.”



Żiedu jgħidu, “Jgħaddi kemm jgħaddi żmien, mumenti bħal dawn ifakkruna li xi konnessjonijiet qatt ma jmutu. Nixtiequ lilek u lir-raġel tiegħek ħajja mimlija mħabba, ferħ, u memorji li ma tinsew qatt flimkien.”



Mument tassew sabiħ li qed nerġgħu naraw lil dan il-grupp jingħaqad għal mument bħal dan. Nawguraw mill-qalb lil Nicole għal dan il-kapitlu ġdid ta’ mħabba!



Ritratti:

Facebook / 4th Line

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI