Ray Falzon, li żgur li ħafna jiftakruh fuq it-televiżjoni, jfakkar il-memorja għażiża ta’ missieru. Hu jikteb, “Sena illum. Sena li għalija ma kinitx xejn faċli – sena fejn kollox inbidel ta’ taħt fuq. Pero naf li inti qiegħed mistrieħ, dejjem miegħi u tiggwidani fid-diffikultajiet li niltaqa’ magħhom f’din il-ħajja xejn perfetta.”
Hu jżid, “Grazzi lilkom li f’din is-sena kontu dejjem miegħi, ħsibtu fija, u rajtu li fil-mumenti tal-bżonn sibtkom. Intom għalija tissejħu l-vera familja tiegħi – tafuh min intom. Grazzi kbira lil Krista li għexet miegħi l-aktar mument iebes f’ħajti.”
Ray itemm jgħid, “Imma l-akbar grazzi tmur għalik, missier – għall-gwida tiegħek minn hemm fuq.”
Insellmu l-memorja tiegħu.