"Sewwa Kienu Qaluli.. Il-Ħajja Tkompli!… Sentejn Mingħajrek, Ma, Fejn Xejn Ma Baqa' L-Istess! Berikini." – Dorian Cassar

It-telfa tal-ġenituri hi sentiment iebes wisq, u li jekk ma jġarbux wieħed, mhu ħa jifhem qatt xi tħoss. Dan jaqbel miegħu kull min tilef lil ommu jew missieru. Il-preżentatur Dorian Cassar kiteb erba' kelmiet għall-għażiża ommu, li ħalliet din id-dinja sentejn ilu.

"Sewwa kienu qaluli.. il-ħajja tkompli! U vera hux. Is-safar ma naqasx, il-ħruġ lanqas, bqajt inxandar, programmi u serati, xogħol u proġetti oħra. Iżda hemm vojt li ma jista' jintela b'xejn. Hemm kelma li tant kont inħobb ngħid, li għadni ma nista' ngħidiha lil ħadd. Sentejn mingħajrek, Ma, fejn xejn ma baqa l-istess! Berikini."

Insellmu l-memorja tagħha. Kuraġġ dejjem Dorian. Ċerti li kont, għadek u tibqa' tagħmilha kburija bik.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI