Is-sindku taż-Żebbuġ u Marsalforn, Baskal Saliba, esprima d-diżappunt tiegħu għall-ħsarat li ħalla warajh iċ-ċiklun, u fl-istess ħin irringrazzja lill-ħaddiema u voluntiera li ħadmu bi lsienhom barra biex itejjbu s-sitwazzjoni.
Hu kiteb fuq il-midja soċjali tiegħu, “Sfortunatament, iċ-ċiklun li laqat lil pajjiżna ħalla għadd ta’ ħsarat fil-lokalità tagħna. Nixtieq nesprimi l-apprezzament u r-ringrazzjament tiegħi lill-ħaddiema tal-Kunsill Lokali, lill-ħaddiema tal-Cleansing ġewwa Marsalforn, lill-kuntratturi kif ukoll lill-voluntiera kollha, li minn kmieni dalgħodu ħadmu bla waqfien sabiex jindirizzaw is-sitwazzjoni u jerġgħu jġibu n-normalità kemm jista’ jkun malajr.”
Għall-grazzja t’Alla, issa jidher li l-agħar parti taċ-ċiklun għaddiet, iżda sfortunatament, dan iċ-ċiklun ħalla warajh diversi ħsarat li għadhom qed jiġu indirizzati.
Facebook / Baskal Saliba