Shasha Żvelat Uffiċjalment – L-Appell Waqt Il-Programm Sibtek Ta' Tlett Xhur Ilu Jidher Li Ħadem!

F’Novembru li għadda waqt il-programm Sibtek fost il-mistiedna rajn lil Shasha Fabri. Shasha tkellmet ħafna dwar il-ħajja personali tagħha u bla kantunieri żvelat ukoll xi fatti dwarha nnifisha. Dakinhar il-preżentatur bravissimu ta’ Sibtek Ryan Borg, għamel ukoll appell f’isem Shasha…





Dan l-appell sar wara li Shasha tkellmet dwar l-ammirazzjoni u l-imħabba li għandha lejn il-bikers, u s-sewqan tal-muturi. Tgħid li l-mutur ifisser ħafna għaliha u li fil-fatt tħobbhom ħafna lill-bike tant li tqishom ir-raġel ideali li qatt jista’ jkollha jekk tidħol f’relazzjoni. Wara li qalet dan Ryan għamel appell biex jekk hemm xi biker interessat, issa għandu ċ-ċans!

Aħna tkellimna ma’ Shasha ftit ilu, u fost ħafna affarijiet skoprejna li fil-fatt issa hi uffiċjali li Shasha sabet ir-raġel ideali; għax fil-fatt il-maħbub tagħha huwa biker.



gf

Ilha miegħu għal dawn l-aħħar xhur u Shasha ttenni li tinsab ferħana immens.

Minn qalbna nawguraw lil Shasha u lill-maħbub tagħha aktar snin ta’ mħabba u kuntentizza! Jekk tixtiequ terġgħu issegwu l-intervista ta’ Shasha idħlu hawn taħt.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI