“Sitt Snin Ilu, Sewwa Sew Wara L-Marċ Tal-Ħdax Tal-Festa Ta’ San Ġużepp, Bqajna Sejrin L-Isptar” – Il-Ministru T’Għawdex Clint Camilleri

Il-Ministru għal Għawdex, Clint Camilleri, uża l-mezzi soċjali tiegħu biex jaqsam mument personali u speċjali – l-għeluq tas-sitt sena ta’ bintu Ana. B’messaġġ mimli emozzjoni u affezzjoni, huwa awguralha l-isbaħ xewqat f’dan il-jum tant importanti.

Huwa fakkar b’emozzjoni l-ġurnata li bdiet il-vjaġġ tiegħu bħala missier, ġurnata li tibqa’ mnaqqxa f’qalbu għal dejjem. “Sitt snin ilu, sewwasew wara l-marċ tal-ħdax tal-festa ta’ San Ġużepp, bqajna sejrin l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex kellna l-ewwel wild tagħna. Awguri minn qalbna lkoll Ana tagħna. Inħobbuk bla qies,” kiteb il-Ministru fuq Facebook, jirrakkonta b’għożża dik il-lejla li għalih kienet bidu ta’ kapitlu ġdid f’ħajtu.

F’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt, ningħaqdu mal-Ministru biex nawguraw lil Ana għeluq sninha u nixtiqulha futur mimli ferħ, saħħa u mħabba.





Facebook / Clint Camilleri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI