“Sitt Xhur Sakemm Niżżewweġ Il-Ħabib Tal-Qalb Tiegħi” – Abigail Vick

Abigail Vick, tfajla Maltija li taqsam mumenti minn ħajjitha fuq il-mezzi soċjali u għandha ‘l fuq minn 40,000 follower fuq Instagram, kitbet messaġġ emozzjonali biex tesprimi kemm hi eċitata biex tiżżewweġ lill-maħbub tagħha.

Hi qalet permezz ta’ messaġġ iddedikat lill-imħabba ta’ ħajjitha, “Sitt xhur sakemm niżżewweġ il-ħabib tal-qalb tiegħi. Kif qed itir daqshekk malajr iż-żmien? Se jibda ħiereġ id-dmugħ ta’ ferħ!”

Ippubblikat ukoll sensiela ta’ ritratt gustużi mal-maħbub tagħha fejn qed jitgħannqu u jitbissmu flimkien.

Aħna minn Gwida.mt nawgurawlhom mill-qalb għal dan il-vjaġġ ġdid li qed jippreparaw għalih. L-eċitament tagħhom għal din il-ġurnata speċjali u t-tbissima kbira fuq fommhom juru biċ-ċar l-imħabba ġenwina li jaqsmu bejniethom. Nawgurawlhom ħajja mill-isbaħ flimkien!

Instagram / @abigail.vick

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI