Slalom – Dixxiplina Ġdida Tal-Motorsport F'Malta

Il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport u l-Malta Drifting Club qed jikkollaboraw biex jintroduċu dixxiplina ġdida tal-motorsport f’Malta msejħa Slalom.

Li slalom huwa avveniment li jisfida lis-sewwieqa biex jinnavigaw korsa immarkata b’koni jew marki oħra. Dan tipikament iseħħ f’parkeġġ jew f’ċirkwit magħluq.

L-għan huwa sewqan preċiż u kontroll tal-karozza, b’penalitajiet imposti għal min jolqot koni jew jitbiegħed mit-triq indikata.



Slalom 2



L-ewwel avveniment huwa skedat għall-Ġimgħa, 18 ta’ Lulju, u jibda wara l-5 ta’ filgħaxija fil-paddock tat-trakka tal-Malta Drag Racing Association f’Ħal Far. Dan l-avveniment ser jkun segwit b’Kampjonat Nazzjonali.

Iċ-Champion Nazzjonali se jkollu l-opportunità prestiġjuża li jirrappreżenta lil Malta fl-edizzjoni li jmiss tal-FIA Motorsport Games skedat għas-sena d-dieħla.

Dawk inteessati li jipparteċipa f’din id-dixxiplina ġdida għandhom jagħmlu kuntatt mal-Malta Drifting Club mill-aktar fis possibbli.



Slalom 3

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI