“Solidarjeta’ Maż-Żewġ Uffiċjali Ta’ Transport Malta Li Dal-Lejl Sfaw Vittmi Ta’ Inċident Serju” – L-MP Chris Bonett

Chris Bonett

Il-Membru Parlamentari Chris Bonett kiteb messaġġ ta’ solidarjeta’ għal żewġ uffiċjali ta’ Transport Malta, li kellhom inċident serju dal-lejl.

“Solidarjeta’ maż-żewġ uffiċjali ta’ Transport Malta li dal-lejl sfaw vittmi ta’ inċident serju waqt li kienu qed jagħmlu xogħolhom. Inċident li ħallieni b’rabja kbira. Kollox jindika li seħħ sforz traskuraġni kbira u nuqqas ta’ rispett fit-toroq tagħna.”

Hu ikompli, ” Seta’ faċilment ġie evitat. Il-liġijiet, kampanji ta’ għarfien u l-infurzar huma importanti imma daqstant ieħor huwa kruċjali li nimxu mar-regolamenti u nirrispettaw lil xulxin fis-sewqan.”

Jawgura liż-żewġ uffiċjali rkupru u jagħlaq billi jsellem u jirringrazzja lill-uffiċjali kollha li ta’ kuljum jagħtuna servizz importanti ħafna.

Jinsabu f’talbna dawn l-uffiċjali.







Ritratti:

Facebook/ Chris Bonett

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI