“F’Laqgħa Qasira Mal-Papà Ljun XIV Fil-Vatikan, L-Arċisqof Charles Scicluna Talbu Jbierek Il-Gżejjer Maltin.” – L-Arċidjoċesi Ta’ Malta

Arċisqof Malta

Fuq il-paġna uffiċjali tal-Arċidjoċesi ta’ Malta, ġew imxerrda ritratti li juru laqgħa li kellu l-Arċisqof Chares Scicluna mal-Papa Ljun XIV.

Huma jiktbu, “F’laqgħa qasira mal-Papa Ljun XIV fil-Vatikan, l-Arċisqof Charles Scicluna talbu jbierek il-Gżejjer Maltin. Dan sar waqt l-assemblea plenarja tad-Dikasteru għad-Duttrina tal-Fidi (DDF) li l-Arċisqof attenda bħala s-Segretarju Aġġunt tagħha.”

Il-Papa semma l-prijorità urġenti tat-trasmissjoni tal-fidi, u esprima tħassib dwar l-indifferenza lejn l-Evanġelju, speċjalment fost iż-żgħażagħ fost l-oħrajn.

“Filwaqt li rringrazzjahom għas-servizz tagħhom, il-Papa nnota l-ħtieġa ta’ fehim aktar profond u spjegazzjoni ċara mill-Knisja dwar mistoqsijiet ġodda u delikati, biex Kristu jinżamm dejjem fiċ-ċentru, u l-Kattoliċi jerġgħu jiskopru l-ferħ tal-evanġelizzazzjoni.”

Żgur li kienet laqgħa sabiħa!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI