Il-kumpanija lokali Benna, magħrufa għall-ħalib frisk u t-togħmiet innovattivi tagħha, kienet qed tħejji għal tnedija oħra li diġà qed tqajjem kurżità fuq il-midja soċjali.
Fuq il-paġna uffiċjali tagħhom, Benna nhar it-Tnejn qasmet frasi kurjuża li tgħid, “Saħħaħ il-ġurnata tiegħek… 11/02/2026”
Illum skoprejna t-togħma li ser tidħol fis-suq, din id-darba mhux ħalib, iżda yogurt!
It-tim ta’ Benna jikteb, “Dawk li jħobbu l-kafè, inlaqqgħukom ma’ treat favorita ġdida tiegħek. Il-yogurt tal-Kafè tagħna jħallat togħma rikka tal-kafè ma’ krema irresistibbli. Saħħaħ il-ġurnata tiegħek… Disponibbli fis-supermarkets issa.”
X’taħsbu? Stennejtuha din?
Facebook/ Benna