“SOLITUDNI” – Produzzjoni Ġdida Fi Spazju Kreattiv Li Tixħet Dawl Fuq Dawk Li Jbatu Fis-Skiet

X’jiġri meta tqum filgħodu u tibda tinduna li ħadd m’għadu jarak? Mhux għax sparixxejt b’xi maġija jew għax m’għadekx ħaj, iżda għax is-soċjetà bdiet tqisek bħala persuna żejda, mhux importanti u irrelevanti.

Din hija l-mistoqsija qawwija li tinsab fil-qalba tal-produzzjoni teatrali ġdida SOLITUDNI, li qed tittella’ minn FREESPIRIT ELITE fit-13 u l-14 ta’ Ġunju ġewwa Saint James Cavalier, il-Belt Valletta.

Permezz ta’ storja emozzjonanti u riflessiva, SOLITUDNI tistieden lill-udjenza tħares lejn realtà li ħafna drabi tibqa’ moħbija: il-weġgħat ta’ dawk li qed ibatu fis-skiet. Il-produzzjoni għandha l-għan li tqajjem aktar għarfien dwar sentimenti ta’ iżolament, nuqqas ta’ appartenenza u l-esperjenza ta’ persuni li jħossuhom inviżibbli fis-soċjetà tal-lum.



Fil-produzzjoni jieħu sehem ukoll Anthony Ellul, filwaqt li FREESPIRIT ELITE qed tħeġġeġ lill-pubbliku jkun kuraġġuż biżżejjed biex jiffaċċja temi li spiss jiġu injorati jew minsija. L-ispettaklu se jittella’ fit-13 u l-14 ta’ Ġunju 2026 fis-19:30 ġewwa Saint James Cavalier. Il-prezz tal-biljett huwa ta’ €15 għal kull persuna, filwaqt li hemm offerta speċjali għal gruppi fejn erba’ biljetti jistgħu jinxtraw għal €50.



L-età rakkomandata għall-attendenza hija ta’ 12-il sena jew aktar. Peress li l-postijiet huma limitati, dawn se jingħataw fuq bażi ta’ first come, first served. Dawk interessati jistgħu jibbukkjaw il-biljetti tagħhom permezz tal-formola online pprovduta mill-organizzaturi.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI