"Strieħ Fis-Sliem Joanne Cilia Silvio, Ma Nistax Nemmen Li L-Aħħar Telefonata Li Kelna Ftit Tal-Ġranet Ilu Kellha Tkun L-Aħħar Waħda."

Jorge Grech, isellem lil Joanne Cilia Silvio li għaddiet għall-ħajja ta’ dejjem. Hu għamel kuntatt magħha ftit jiem qabel ħalliet din id-dinja.

Fuq il-mezzi soċjali tiegħu Jorge jikteb, “Strieħ fi Sliem Joanne Cilia Silvio, ma nistax nemmen li l-aħħar telefonata li kellna ftit tal-ġranet ilu kellha tkun l-aħħar waħda. Mara sinċiera u b’qalb ta’ deheb, lesta biex tgħin lil kulħadd. “

Hu jtemm jgħid, “Grazzi tar-rispett u l-għajnuna li dejjem sibt mingħandek. Kuraġġ lill-familjari kollha speċjalment lit-tifel u lil ommok f’dawn il-mumenti diffiċli.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI