“L-Isbaħ Xewqat Lill-Iktar Żewġ Persuni Speċjali F’Ħajti, N-Nanna U N-Nannu Tiegħi” – Kaya Gouder Curmi

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-kantanta Kaya Gouder Curmi awgurat lil żewġ persuni importanti f’ħajjitha li llum qed jiċċelebraw jum speċjali.

Qalet, “L-isbaħ xewqat lill-iktar żewġ persuni speċjali f’ħajti, n-nanna u n-nannu tiegħi. Illum niċċelebraw l-imħabba tagħkom, imma jien niċċelebra wkoll il-barka kbira li għandi li trabbejt magħkom. Grazzi ta’ kull tgħanniqa, kull kelma ta’ faraġ, kull sagrifiċċju u kull mument li tajtuni l-imħabba tagħkom bla kundizzjoni.”

Ziedet, “Għalija, intom ħafna iktar min-nanniet. Intom id-dar tiegħi, s-sigurtà tiegħi u parti mill-isbaħ memorji ta’ ħajti. L-imħabba tagħkom hija teżor li ma jista’ jixtriha ħadd, u ma hemmx kliem biżżejjed biex nispjega kemm tfissru għalija.”

Awguri minn qalbna!

Ritratt:

Kaya Gouder Curmi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI