Minkejja l-isfidi kbar li ġabet magħha l-kundizzjoni tiegħu, Bjorn Formosa baqa' determinat li jagħmel differenza fil-ħajja ta' oħrajn. B'dedikazzjoni u kuraġġ kbir, huwa kompla jmexxi l-missjoni tiegħu biex iqajjem aktar għarfien dwar il-kundizzjoni tiegħu.
L-impenn tiegħu sar sors ta' ispirazzjoni għal ħafna, hekk kif kuljum ikompli juri li l-qawwa li jegħleb l-akbar ostakli.
"Din Natalie Cachia. Ta’ kull sena torganizza ikliet fir-ristorant tagħha u get-togethers mal-ħbieb tagħha. Flimkien ma’ Barbara’s Dance Club, Natalie tagħti donazzjoni sostanzjali lil DAR Bjorn! Grazzi Natalie."
Kemm hu sabiħ li tara nies bħal Natalie li kontinwament jaħsbu f'komunitajiet li qed jaħdmu bla waqfien għall-ġid ta' min hu fil-bżonn.