It-tabib Malti Dr Frank Farrugia għadu kif irnexxielu jilħaq il-quċċata tal-ogħla vulkan fl-Afrika. Hu kien qiegħed jagħmel din l-isfida sabiex jiġbor il-flus ħalli tkun tista’ tinxtara ambulanza fl-Uganda.
Għal pajjiż bħall-Uganda, din l-ambulanza tista’ tkun strumentali sabiex jiġu megħjuna u possibbilment salvati f’sitwazzjonijiet ta’ ħajja jew mewt persuni vulnerabbli.
Din hija waħda minn ħafna ħidmiet li dan it-tabib Malti għamel matul is-snin sabiex jgħin pajjiżi emarġinati bħall-Peru kif ukoll il-Gwatemala. Fil-passat Dr Farrugia kellu wkoll l-opportunità li jaħdem mal-mibkija Madre Tereża li sal-lum il-ġurnata għadha magħrufa għall-ħidma tagħha b’risq il-batut.
Prosit lil Dr Farrugia ta’ din l-inizjattiva!
Instagram / St Mary’s Clinic